Huwa sigriet magħruf li l-Maltin iħobbu jieklu. Platt favorit m’għandhomx għaliex il-palat tagħhom huwa varjat. Titfa’ lill-Maltin, l-ikel u xi avveniment annwali bħal Milied f’borma waħda ibqa’ żgur li toħroġ b’riċetta għal festa t’għaqda liema bħalha.
Hekk kif qorob ix-xahar t’Ottubru, ristorant ewlieni fil-Belt Valletta, beda jirċievi l-ewwel telefonati biex jirriżervaw mejda għall-ikla tradizzjonali tal-Milied. ONE News żar ristorant rinomat, u tkellem mal-Operations Manager, Janica Schembri: “Issib żewġ tipi ta’ Maltin, issib dawk in-nies li jħallu daqsxejn għall-aħħar ġurnata, minuta jgħidulek “isma daħħalli mejda” jew inkella ssib dawk in-nies li jibdew jippreparaw minn Ottubru.”
Il-kok tar-ristorant, Jonathan Vassallo, stqarr li l-gosti tal-Maltin fl-ikel inbidlu kemmxejn minn sena għal oħra u m’għadhomx ifittxu ikla tradizzjonali li tibda b’dundjan u tispiċċa bil-pudina tal-Milied. Hu sostna: “Il-Maltin dak li jkun joħroġ ġo ristorant ma jfittixx ikel tradizzjonali li mdorrijin bih li nsajru d-dar. Illum il-ġurnata naħseb li n-nies li joħorġu, il-klijenti li jiġu, they go out for ikel modern tipo noħolqu ċertu specials li dak li jkun forsi na jiekolhomx is-sena kollha.”
Giuseppe Rotigliano, Naplitan li jgħix Malta u ħaddiem fl-operat saħaq li l-ġurnata tal-Milied tkun ħafna iktar impenjattiva minn dik tas-soltu.
“We have much more big tables. Usually we have tables of 2, tables of 4. In Christmas we can have tables of 20 like a function with a table of 80 people. So obviously there is much more work in this period”, tenna Rotigliano.
Esprima s-sagrifiċċju li ġġib magħha din il-ġurnata iżda jħossu sodisfatt meta jara l-klijenti ferħana.
Rotigliano temm jgħid: “It is a bit tiring. Sometimes to be honest cause where there is passion, then when you see people happy you know that in the end of the day you did something very good and you give people a very nice experience.”