Madwar 24 siegħa ilu ttella’ filmat fuq il-paġna popolari Sportbible li hija magħrufa għall-filmati mhux tas-soltu. Fil-filmat jidher raġel fis-sakra jipprova jagħmel mossa bil-ballun mentri jispiċċa jaqa’ u jaħbat rasu ma’ shutter ta’ ħanut. In-nies li hemm miegħu jinstemgħu jiddieħku. L-istess, il-kummenti tan-nies minn madwar id-dinja.
Iżda meta wieħed jaħseb ftit din hija problema kbira li ilha teżisti u għadha u twassal għal konsegwenzi kbar. Problema li tolqot bosta familji u għad tolqot. Flok wieħed jiddieħaq għandu jagħmel pass u jipprova jgħin nies hekk kif ukoll il-persuni nnfushom li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili għandhom jagħmlu kuraġġ u jitkellmu. F’Malta jeżistu bosta entitajiet li jistgħu jgħinu fir-rigward ta’ problemi simili bhal Caritas, Appogg u l-Oasi. Min jaf?! Forsi tkun ir-riżoluzzjoni tas-sena l-ġdida u tgħix aħjar.