Fil-funeral tal-Kardinal George Pell fl-Awstralja, dawk li qed jibkuh inġabru jgħidu talb u jkantaw innijiet. Iżda l-kant kultant tfixkel mall-għajjat ta’ dimostranti li nġabru fl-istess post, jikkundannawh għall-infern.
Il-Kardinal Kattoliku – li miet ix-xahar li għadda fl-età ta’ 81 sena – iħalli storja kkumplikata warajh. Preċedentement kien wieħed mill-aqwa assistenti tal-Papa, u meqjus xempju tal-Kattoliċeżmu fl-Awstralja. Iżda l-immaġni pubblika tiegħu ittappnet minn allegazzjonijiet mhux ippruvati ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal.
Dawn l-allegazzjonijiet ħarġu bi kbir waqt il-funeral f’Sydney. F’ħin minnhom, il-Pulizija li nġabret barra l-Katidral ta’ Santa Marija kellha tintervjeni sabiex tissepara lil dawk li qed jibku t-telfa minn dawk li qed jiddimostraw b’rabja kbira. Aktar kmieni, dimostrant minnhom saħansittra kien arrestat.