Għall-ewwel darba f’pajjiżna, persuni li jaħdmu għal rashom li għal kwalunkwe raġunji jkollhom jibdew jirreġistraw għax-xogħol se jkollhom id-dritt jirċievu l-benefċċju għal qgħad skont il-kontribuzzjoni li jkunu ħallsu.
B’din il-miżura, imħabbra ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Scicluna, il-Gvern se jkun qed jelimina għal kollox id-diskriminazzjoni li għadha teżisti bejn impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom.