Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ta twissija mill-aktar serja lil dawk li jabbużaw mill-housing soċjali. Meta għalaq id-diskussjoni fil-parlament dwar il-housing, is-Sur Galdes qal li bħalissa l-ispetturi qed iduru kull wieħed mis-7,200 appartament li għandu l-gvern u jekk jinstab l-abbuż, dan jittieħed lill-inkwilin biex ikun jista’ jingħata lil ħaddieħor.
Huwa qal li ċirkustanzi tal-lum li huma differenti minn 10 snin ilu. Illum ma ssibx post biex tikrih għax postijiet battala m’għadx hemm – effett tal-ekonomija li sejra tajjeb.
Hemm eluf ta’ persuni li għandhom problema marbuta mal-housing soċjali. Huwa qal li ltaqa’ ma’persuni li għandhom każ ġenwin, oħrajn li mhux u oħrajn li għaddejjin minn cirkustanzi diffiċli anke jekk mhux marbuta mal-housing. Kull deċizjoni lil-gvern jieħu taffettwa li dawn in-nies vulnerabbli.Il-gvern jirrikonoxxi li hemm il-problemi u l-isfidi. U ma jkunx ġust jekk il-problema nattribwuwha lejn xi partit partiokolari. Fil-legislatura li għaddiet, appartament ma nbnewx. Iżda anke fil-gvern ta’ Lawrence Gonzi fl-2009 ittieħdet id-deċizjoni li ma jibnux. U minn hemm bdiet il-problema.
Is-Sur Galdes qal li fis-sitt xhur diga’ beda xogħol kbir fosthom it-tfassil ta’ housing policy anke fuq il-kirjiet. Mhux housing soċjali iżda firxa aktar wiesgħa.
Huwa awgura li meta toħrog il-White Paper l-Oppożizzjoni tagħti sehma. Huwa lest li juriha r-riċerka kbira li qed jagħmel id-dipeatiment. “Ma nistgħux inkomplu nitkellmu għall-gallerija u nħallu s-suq isuq. Hemm bżonn regolarizzazzjoni bħal ma hemm f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej.
Il-gvern alloka €25,000 f’għajnuna lil sidien ta’ proprjetà abbandunata biex dawn jirrestawrawha u jiggarantulhom kirja tajba għal numru ta’ snin.
Is-sussidju tal-kera diga’ ġie rduppjat, iżda fakkar li hawnhekk bata l-inkwilin għax is-sid xorobulu.
Huwa qal li qed jinbnew 680 appartament issa iżda fit-tieni fażi hemm pjanati 1,200 appartamentoħra b’budget sostanzjali. Dan se jkun il-gvern li l-aktar bena għax hemm il-commitment li se jkun hemm dal-bini.
Is-segretarju parlamentari ammetta li se jkun hemm aktar talbiet. Dan ma jinkwietahx iżda jinkwieta jekk ikun hemm min jieħu post meta ma jkunx ħaqqhu. Il-profiling tal-applikanti mhux se jsir fuq id-dħul finanzjarju biss. Iżda b’intervisti ħalli jwieżnu l-problemi ta’ kull każ. Saħansitra tqabbad antropoloġista soċjali.
L-iskema tal-BOV Home Assist se tagħti nifs ġdid għal min ma jistax jixtri proprjetà waħdu. L-iskema hija aħjar minn ta’ qabilha għax inbniet fuq l-esperjenza ta’ qabilha, dik tal-APS.
Is-Sur Galdes qal li hemm nies vulnerabbli li ma tisxtax tilħaqhom. Dawn iridu għajnuna issa u għalhekk il-gvern se jikri mingħand il-privat u fi ftit xhur oħra se jingħataw postijiet lil dawk li qegħdin fix-shelters biex jgħixu ħajja diċenti.
L-inkwilin għandu d-drittijiet tiegħu ukoll u għalhekk iridu jsiru regolamenti ċari biex kollox jimxi skont il-proċedura bħad-deposit scheme, durata tal-kuntratt u r-reġistrazzjoni tal-kuntratt.
Huwa semma n-numru ta’ siti li fuqhom qed isir xogħol ta’ bini tal-apparmaneti fosthom f’Birkarkara, Bormla, Ħal Kirkop (erba’ siti), Ħal Luqa, Qrendi (żewġ siti), iż-Żebbuġ, iż-Żurrieq us-Siġġiewi fejn se jkun hemm proġett li jinkludi cvhild care centre, shelter għall-anzjani u spazju rikreattiv. Huwa qal li mhux sew li xi ħadd qal li l-oqsma tad-djar tal-gvern huma ghettos.
Is-Sur Galdes qal li mhux kuntent bis-sitwazzjoni tal-blokki tal-appartamenti antiki, anke għax uħud minnhom qatt ma sarilhom xogħol ta’manutenzjoni. Issa hemm €3 miljuni biex iduruhom.