L-istudent Ingliż Matthew Hedges, li ntbagħat il-ħabs minħabba allegat spjunaġġ fuq l-Emirati Għarab Magħquda, il-UAE, qal li dawk li nterrogawh staqsewh ikun aġent tagħhom u jisraw sigrieti tal-Gvern sakemm ikun il-ħabs.
Hedges, li għandu 31 sena, kien arrestat fl-Ajruport ta’ Dubaj fil-5 ta’ Mejju li għadda, u ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li kien hemm tħassib li hu seta’ kien xi membru tal-MI6.