Ilbieraħ bdiet il-Malta International Airshow. Bosta kienu qed jistennew bi ħġarhom il-wirja spettakolari li matula setgħu jaraw spettaklu fl-art, fl-ajru u anke jitkellmu mal-piloti.
L-ajruplani jinsabu għall-esebizzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u għall-ewwel darba l-ispettaklu ta’ akrobaziji fl-ajru jistgħu jkunu segwiti minn Smart City.
Unika għal din is-sena hija l-preżenza tal-forzi tal-ajru Ukreni, u bħala parti mill-wirja fuq l-art hemm ukoll ajruplan tat-trasport tat-tip Iljushin Il-76. Dan huwa l-ewwel ajruplan Il-76 iżda wkoll l-ikbar ajruplan tat-trasport li qatt kien eżebit hawn Malta.
L-ispettaklu f’pajjiżna, li se jkompli llum, ġibed l-attenzjoni tal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, b’ritratt ta’ Darrin Zammit Lupi.
Dawn ir-ritratti huma ta’ Charlie Cauchi. Agħfas fuq il-lemin jew ix-xellug biex tara l-album sħiħ.
Spikkaw ukoll kummenti ta’ persuni bħal Brian Whitelegg, li apprezza l-ħidma ta’ l-ħaddiema u l-volontiera.