Min iħaddem, fi provinċja Kanadiża, ma jistax jobbliga lill-ħaddiema tiegħu jilbsu żraben bit-takkuna fuq il-post tax-xogħol.
Dan hekk kif dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala diskriminatorju kif ukoll perikoluż. Il-Gvern qal li dawk li jilbsu t-takkuna għandhom aktar ċans li jweġġgħu hekk kif il-probbabilità li jaqgħu jew li jkollhom effetti negattivi fuq ir-riġlejn u d-dahar hija akbar.
Intqal li l-ħaddiema għandhom jippermettu li l-ħaddiema tagħhom jilbsu aktar żraben komdi u anqas perikolużi.
Din l-aħbar ġiet wara li politikant mill-partit tal-Ħodor f’Marzu introduċa abbozz fil-leġiżlatura tal-provinċja bl-għan li ma jsirux rekwiżiti fuq l-ilbies tal-ħaddiema abbażi tal-ġeneru.