Iċ-Ċina wissiet li kull min qed iħabrek għall-indipendenza ta’ Ħong Kong jistgħu jittieħdu passi kontrih.
Dan il-messaġġ wasal wara li attivisti żgħażagħ favur id-demokrazija rebħu siġġijiet fil-Kunsill leġislattiv ta’ Hong Kong. Iżda l-gvern Ċiniż, b’mod determinat, oppona kull attività indipendenti fil-Kunsill jew barra minnu.
Dan fl-istess waqt li ħafna f’Hong Kong qed jesprimu tħassib dwar l-interventi ta’ Beijing fil-politika tagħhom.
L-elezzjoni tal-Ħadd li għadda kienet l-ewwel waħda fit-territorju mindu saru dimostrazzjonijiet fit-toroq fl-2014. Dakinhar, żoni ċentrali f’Hong Kong kienu pparalizzati għal ġimgħat sħaħ minn ħafna protestanti żgħażagħ li sejħu għal aktar awtonomija fiċ-Ċina.