ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Reġgħet bdiet tgawdi lil binha mill-ġdid wara li għeleb il-vizzju tal-alkoħol

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Spezzjonijiet mill-Pulizija jwasslu għal 84 kontravenzjoni u ħruġ ta’ akkużi kontra 14-il…

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Il-Kamra tal-Avukati bla kundanna għall-kumment ta’ Andrew Borg Cardona” – Jason Micallef

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Konsultazzjoni dwar l-ewtanasja volontarja assistita  

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Ukren Volodymyr Zelensky lest biex jiltaqa’ ma’ Putin

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Papa Ljun XIV bl-ewwel Angelus tal-Ħadd – Isellem lill-Maltin preżenti

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Russu Vladimir Putin jitlob għal taħditiet dwar waqfien mill-ġlied ma’ l-Ukrajna

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħarsa lejn ħajjet il-Papa Ljun XIV … minn Chicago sal-pontifikat

      10 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Waterpolo: San Ġiljan jirbħu l-Kampjonat BOV Premier tax-Xitwa

      11 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hamrun S. Champions għall-11-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva

      10 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Waterpolo: Exiles jirbhu l-Kampjonat tal-1 Divizjoni tax-Xitwa

      10 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Gabriel Grixti jilmenta li tħalla barra mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

      10 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Reġgħet bdiet tgawdi lil binha mill-ġdid wara li għeleb il-vizzju tal-alkoħol

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Spezzjonijiet mill-Pulizija jwasslu għal 84 kontravenzjoni u ħruġ ta’ akkużi kontra 14-il…

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      “Il-Kamra tal-Avukati bla kundanna għall-kumment ta’ Andrew Borg Cardona” – Jason Micallef

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-President Ukren Volodymyr Zelensky lest biex jiltaqa’ ma’ Putin

      11 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Reġgħet bdiet tgawdi lil binha mill-ġdid wara li għeleb il-vizzju tal-alkoħol

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Spezzjonijiet mill-Pulizija jwasslu għal 84 kontravenzjoni u ħruġ ta’ akkużi kontra 14-il…

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Il-Kamra tal-Avukati bla kundanna għall-kumment ta’ Andrew Borg Cardona” – Jason Micallef

      11 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Konsultazzjoni dwar l-ewtanasja volontarja assistita  

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Ukren Volodymyr Zelensky lest biex jiltaqa’ ma’ Putin

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Papa Ljun XIV bl-ewwel Angelus tal-Ħadd – Isellem lill-Maltin preżenti

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Russu Vladimir Putin jitlob għal taħditiet dwar waqfien mill-ġlied ma’ l-Ukrajna

      11 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħarsa lejn ħajjet il-Papa Ljun XIV … minn Chicago sal-pontifikat

      10 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Waterpolo: San Ġiljan jirbħu l-Kampjonat BOV Premier tax-Xitwa

      11 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hamrun S. Champions għall-11-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva

      10 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Waterpolo: Exiles jirbhu l-Kampjonat tal-1 Divizjoni tax-Xitwa

      10 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Gabriel Grixti jilmenta li tħalla barra mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

      10 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Reġgħet bdiet tgawdi lil binha mill-ġdid wara li għeleb il-vizzju tal-alkoħol

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Spezzjonijiet mill-Pulizija jwasslu għal 84 kontravenzjoni u ħruġ ta’ akkużi kontra 14-il…

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      “Il-Kamra tal-Avukati bla kundanna għall-kumment ta’ Andrew Borg Cardona” – Jason Micallef

      11 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-President Ukren Volodymyr Zelensky lest biex jiltaqa’ ma’ Putin

      11 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Min għandu jkun fuq l-artal?

minn ONE News 28 ta' Marzu 2017
minn ONE News 28 ta' Marzu 2017

Kitba ta’ Charles B. Spiteri

F’Malta u Għawdex konna drajna b’listi twal ta’ saċerdoti, bilkemm mhux aktar milli konna neħtieġu. Iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nesperjenza in-nuqqas tagħhom, tant li l-bażiliki u parroċċi spiċċaw bis-servizz ta’ tnejn jew tliet saċerdoti. Il-gazzetta KullĦadd tistħarreġ dan u deċiżjonijiet oħra li jistgħu jidhru marbuta miegħu.

Minn xi snin ’l hawn, f’diversi knejjes bdejna naraw lil tfal bniet iservu bħala abbatini. Kif nibtet din l-idea u hu minnu li f’xi knejjes din l-idea ma ntgħoġbitx?

L-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex: Il-qadi tal-artal u s-servizz mogħti lis-saċerdot fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija huma “ministeru” li kull min irċieva l-Magħmudija jista’ jwettaq bħala mod kif jgħix u jqiegħed fil-prattika l-kmandament tal-imħabba. Dan l-aspett ġie żviluppat ħafna fil-Konċilju Vatikan II li fisser aħjar is-sehem tal-lajċi fil-ħajja tal-Knisja anki fit-tħaddim tal-ministeri bħalma huma dawk tal-kantur, tal-lettur, tal-katekista. F’dan id-dawl, anki l-ministeru tal-abbati ħa tifsira mġedda u għalhekk jista’ jiġi eżerċitat minn bniet u subien – u nżid ngħid – u mhux biss mit-tfal imma anki minn persuni adulti. Naħseb jien aktar kemm il-ministeru tal-abbati jiġi mifhum f’dan il-kuntest tal-ministerjalità lajkali, aktar ikun jista’ jitwessa’ għal dawk l-imgħammdin li jħossuhom imsejħa biex jaqdu lill-Knisja b’dan il-mod. Irridu noħorġu minn viżjoni fqira li naraw l-abbatini bħala “qassisin żgħar” (infatti kien jissejjaħ “piccolo clero”) u pjuttost inqisuha bħala realtà fejn tingħata formazzjoni Nisranija. Jekk dan iseħħ, allura minn din ir-realtà jinbtu anki vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali, reliġjuża, ikkonsagrata u miżżewġa. Imma biex dan iseħħ ma nistgħux nitrattaw lill-abbatini bħala dawk li sempliċiment jagħmlu servizz, imma rridu nikkuraw li jifhmu aktar is-sens ta’ dak li jagħmlu u jsiru jafu aktar lil dak Ġesù u lill-Knisja li huma jaqdu.

Fr. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali: Għal snin twal, dawk li jservu bħala abbatini kienu subien. Minn xi snin ’l hawn, f’diversi pajjiżi, daħlu wkoll abbatini bniet. Ma hemm ebda diffikultà ta’ prinċipju li l-abbatini jkunu wkoll bniet. F’ħafna każi dan hu arrikkiment. Id-deċiżjoni kienet tħalliet f’idejn id-djoċesi partikulari. Fil-każ ta’ Malta, l-Arċisqof issa ħalla f’idejn il-kappillan tal-parroċċa biex jiddeċiedi hu skont iċ-ċirkustanzi tal-parroċċa. L-iskop hu dejjem li wieħed isib l-aħjar mezz kif jinvolvi lit-tfal fis-servizz taċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa – hawn min iddeċieda li tajjeb li jkun hemm abbatini subien u bniet, u hawn min iddeċieda li jkun fl-aħjar interess tal-komunità li jkun hemm abbatini subien u, pereżempju, il-bniet ikunu jiffurmaw kor.

Fr. Renè Camilleri: Jien ma nara xejn ħażin li fil-knejjes tagħna waqt il-liturġija jkun hemm iservu wkoll abbatini bniet. Għaliex għandna nibqgħu neskludu, meta qegħdin fi żmien ta’ inklużjoni? Sikwit, ideat ġodda jġibu reazzjoni. Iżda għax uħud ma togħġobhomx l-idea, ma jfissrix li m’għandhiex tidħol jew li ma tkunx promossa.

Naraw ukoll li għat-Tqarbin qed ikollna lill-Ministri Straordinarji. X’kienet ir-raġuni għal dan is-servizz?

L-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex: Anki hawn, il-Ministri Straordinarji jagħmlu parti minn dan it-tiġdid tal-Konċilju Vatikan II. Jissejħu “straodinarji” għax il-ministri ordinarji tal-Ewkaristija huma dawk li rċevew l-Ordni Sagri. Imma anki dan huwa ministeru importanti u siewi li jistgħu jwettqu dawk il-persuni mgħammdin li wara tħejjija xierqa u ppruvata l-idonejità tagħhom, jingħataw mill-Knisja l-mandat li jwasslu lil Ġesù Ewkaristija.

Fr. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali: Il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin issa ilhom is-snin li ġew introdotti. Dawn huma lajċi li jgħinu liċ-ċelebrant fit-tqassim tal-Ewkaristija, kemm waqt il-quddiesa kif ukoll fit-tqarbin tal-morda. Il-ħsieb hu li n-nies ikunu moqdija aħjar. M’hemmx għalfejn li t-tqarbin idum ħafna waqt il-quddiesa, u għalhekk l-għajnuna tal-lajċi hi apprezzata ħafna. Naturalment, issir formazzjoni u preparazzjoni apposta għal dawn il-Ministri Straordinarji.

Fr. Renè Camilleri: Ir-raġuni wara dawn it-tip ta’ għażliet m’għandhiex tkun sempliċiment għax il-qassisin qed jonqsu. Il-viżjoni tagħna għandha tkun iżjed ta’ ċelebrazzjoni liturġika iktar parteċipattiva. L-artal mhuwiex xi territorju esklussiv tal-kleru. L-isfortuna fil-passat kienet li l-Knisja ma ħarisniex lejha b’mod sħiħ u ħloqna ħafna firdiet fi ħdan il-komunità, bejn il-kleru u l-lajċi, b’mod li l-aspett ta’ ministri fil-Knisja rbatnieh biss mal-kleru. Hemm ħafna ministeri li huma tal-poplu t’Alla u m’għandhomx jinsterqu mill-poplu u jkunu marbuta mal-kleru. Hemm pereżempju, il-ministeru tal-katekisti, tas-servizz fil-komunità, tal-għalliem, u issa wkoll dak tat-Tqarbin. Din hi rikkezza fil-komunitajiet tagħna u jiżbalja min jaraha qisha xi theddida.

X’taħseb li qiegħed iġiegħel li s’issa, il-Knisja Kattolika qed iżżomm li s-saċerdoti ma jkunux irġiel jew nisa miżżewġa, minkejja n-nuqqas viżibbli tas-saċerdoti, u ladarba sa waslu jtellgħuhom għal servizz tal-artal?

L-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex: Qabelxejn ma naqbilx mal-kelma “s’issa” fejn jirrigwardja s-saċerdozju tan-nisa kemm miżżewġa kif ukoll li mhumiex – kif spjega bosta drabi Missierna l-Papa Franġisku, wara d-dikjarazzjoni li kien għamel San Ġwanni Pawlu II, id-dibattitu fuq jekk in-nisa għandhomx jiġu ordnati saċerdoti huwa magħluq. Sidna Ġesù Kristu ma tana l-ebda indikazzjoni biex in-nisa jiġu ordnati saċerdoti. Imma kif jgħallimna l-istess Papa Franġisku, jeħtieġ li l-Knisja ta’ żmienna tiskopri l-irwol importanti li l-mara għandha fi ħdanha. Il-mara ma tiksibx importanza billi ssir bħar-raġel, imma billi tgħix dik is-sejħa marbuta mal-“ġenju femminili” tagħha. Għalhekk l-“emanċipazzjoni” tal-mara fil-Knisja ma tikkonsistix f’li tkun tista’ tirċievi l-Ordni Sagri, iżda f’li tingħata spazju daqs ir-raġel fil-ħajja tal-Knisja. Hawn il-Papa jfakkar li fl-aħħar mill-aħħar, il-Verġni Marija, għalkemm ma kinitx parti mill-Appostli, hi akbar minnhom, tant li tissejjaħ is-“Sultana tal-Appostli”. Biss, fid-dawl ta’ dak li għidna qabel, il-ministeru tal-abbati hu xi ħaġa distinta mill-Ordni Sagri u hu marbut mal-missjoni li wieħed jista’ jwettaq frott il-Magħmudija li rċieva.

Rigward l-irġiel miżżewġa, il-Knisja Kattolika tar-rit Latin titlob lill-kandidati għas-saċerdozju biex iħarsu l-liġi taċ-ċelibat. Hu differenti għall-Knisja Kattolika tar-rit Grieg li tammetti – taħt ċerti kundizzjonijiet u kriterji li hawn mhux il-każ li nidħlu fihom – fi ħdanha saċerdoti li jkunu rġiel miżżewġa. Fil-Knisja Kattolika tar-rit Latin, imbagħad, hemm pajjiżi fejn l-Isqfijiet daħħlu d-djakni permanenti, fejn irġiel miżżewġa, bil-kunsens ta’ marthom u wara li jkunu rċevew l-istudji u l-formazzjoni meħtieġa, jiġu ordnati djakni b’mod permanenti. Għandna wkoll saċerdoti li huma rġiel miżżewġa li kienu ministri-pastors tal-Knisja Anglikana u meta kkonvertew għall-Knisja Kattolika ġew ordnati saċerdoti filwaqt li żammew l-istat tagħhom ta’ miżżewġin. Din il-varjetà, biex ngħidu hekk, teżisti għax il-liġi taċ-ċelibat hi liġi tal-Knisja u mhux kmand ta’ Alla. Iċ-ċelibat għandu l-validità u r-raġunijiet teoloġiċi tiegħu, iżda mhix liġi assoluta u eventwalment tista’ tinbidel mill-Knisja.

Iżda bħala kumment ġenerali għall-mistoqsija tiegħek, jien nara li l-kwistjoni li l-iskoperta tal-ministerjalità fil-ħajja tal-Knisja u tal-kariżmi differenti fost il-Poplu ta’ Alla hi xi ħaġa li għandha tiġi mħaddna għax għandha valur fiha nnifisha, irrispettivament min-nuqqas jew le ta’ vokazzjonijiet saċerdotali. Il-lajk ma jaqdix ministeru biex jieħu post is-saċerdot, iżda jaqdi ministeru għax irċieva l-Magħmudija u hu membru ħaj tal-Knisja ta’ Kristu.

Fr. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali: Int qed titkellem fuq żewġ issues li wieħed irid jiddistingwi: (i) li s-saċerdot ikun miżżewweġ u (ii) li jkun hemm saċerdoti nisa.
Ħa nibda minn tal-aħħar. Fi kliem il-Papa Franġisku, id-deċiżjoni dwar din diġà ttieħdet fis-snin imgħoddija: li saċerdot ikun raġel. Il-Knisja tqis li għandha timxi mal-għażla li għamel Ġesù nnifsu dwar dan. Li mara ma ssirx saċerdot m’għandu jnaqqas xejn mill-importanza tagħha fil-ħajja tal-Knisja – altru! Hu minnu li baqa’ ħafna xi jsir fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-mara fil-Knisja, iżda hemm ħafna nisa, kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, li qed jagħtu sehem imprezzabbli fil-ħajja tal-Knisja.

Fuq l-issue l-oħra: il-Knisja tqis iċ-ċelibat (li wieħed ma jiżżewwiġx biex jiddedika ruħu totalment għal Alla u għall-poplu tiegħu) bħala rikkezza. Il-prattika li fil-Knisja Kattolika, fir-rit Latin, is-saċerdot ma jkunx xi ħadd miżżewweġ hija prattika li ilha s-snin, iżda hi dixxiplina tal-Knisja, jiġifieri tista’ tinbidel. Fil-fatt, fil-Knisja Kattolika stess, fir-rit tal-Lvant, hemm irġiel miżżewġa li huma saċerdoti u hemm ukoll saċerdoti li mhumiex miżżewġa.

Fr. Renè Camilleri: Ir-realtà li fiha l-Knisja llum qed tgħix, hija realtà dinamika u li qed tinbidel bis-sigħat. Il-Knisja stess tul is-sekli nbidlet ħafna u fuq ħafna kwistjonijiet. Għax il-Knisja hi dejjem provokata minn ħtiġiet tal-poplu t’Alla. Ukoll fit-teoloġija tagħha, il-Knisja nbidlet. Illum għadna naħsbuha hekk fuq is-saċerdozju għall-irġiel. X’se jiġri għada ma nafx. Fl-istess ħin tajjeb nammettu li l-Knisja Kattolika diġà għandha qassisin miżżewġa – hemm dawk l-Anglikani li telqu mill-Knisja Anglikana u l-Knisja Kattolika aċċettathom bil-familja. Il-Knisja bħalissa qed taħsibha serjament anki dwar il-possibbiltà li taċċetta lura, pereżempju, qassisin li telqu u żżewġu u llum qed jitolbuha li jerġgħu jibdew iservu bħala qassisin miżżewġin. Hemm ħafna xenarji li għad ikomplu jiżviluppaw u li hu żgur hu li l-istorja ma nistgħux inwaqqfuha. Il-Knisja hi realtà dinamika u trid tibqa’ taħseb u tesplora toroq dejjem ġodda.

X’jista’ jkun, fil-fehma tiegħek, li wassal għal din il-bruda kollha fil-Knisja Kattolika; kemm min-numru ta’ vokazzjonijiet, kif ukoll min-numru ta’ nies li jattendu għas-servizzi reliġjużi?

L-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex: Kif jgħidilna l-Papa, quddiem il-fatt li għandna nagħġa waħda fil-maqjel u disa’ u disgħin mitlufa, bħala komunità ta’ fidi, jeħtieġ “noħorġu” u nfittxu n-ngħaġ li ntilfu. Naħseb li għamilna biżżejjed analiżi u diskussjonijiet fuq x’setgħu kienu l-fatturi li wasslu biex tikber ċerta bruda lejn il-Knisja. Aħjar ninvestu l-enerġija u l-kreattività tagħna biex inwettqu l-“konverżjoni pastorali” ta’ Nsara li mmorru nfittxu lil ħutna l-bnedmin u nwasslulhom l-imħabba u l-ħniena ta’ Sidna Ġesù Kristu. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex nerġgħu mmorru għall-essenzjali tal-Vanġelu u nxandru dik il-Bxara t-Tajba li sbuħita ssaħħar lill-bniedem ta’ żmienna għal warajha.

Fr. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali: L-ewwel nett, veru teżisti bruda, iżda ta’ min jgħid li jeżisti wkoll impenn sabiħ minn ħafna – u dan wieħed irid japprezzah.

Hemm diversi raġunijiet għall-bruda u żgur li wieħed ma jistax jiġġeneralizza. Wieħed irid iqis in-nuqqas ta’ fidi, il-mentalità li tħalli lil Alla ’l barra mill-ħajja tal-bniedem. F’sitwazzjoni bħal din, ma jkunx jinħass il-bżonn ta’ sehem fis-servizzi reliġjużi, u jkun diffiċli wieħed jisma’ u jilqa’ s-sejħa għas-saċerdozju.

Hemm ukoll il-biża’ ta’ impenn għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Din tgħodd għal min irid jidħol għall-ħajja ta’ saċerdot – din hi għażla għall-ħajja mhux għal ftit snin – u din qed turi ruħha wkoll f’dawk li jibżgħu jidħlu għall-ħajja taż-żwieġ għax hu impenn ‘għal dejjem’.

Hemm ukoll il-fatt li llum diversi familji huma żgħar fin-numru. Qabel, kien ikollok xi ħadd minn, pereżempju, sitta jew tmien aħwa, li jsir saċerdot. Illum ikunu żewġt aħwa jew inqas.

Nistgħu nsemmu ħafna punti oħra. Iżda ħaġa importanti ħafna hi li aħna nħarsu b’mod pożittiv lejn il-ħajja u l-isfidi li fiha, u nwasslu, fi kliem Papa Franġisku, il-ferħ tal-Evanġelju. Il-fidi hi teżor, hi dawl għal ħajjitna. Tagħtina sens u direzzjoni, u timlielna qalbna. Jalla ċ-ċelebrazzjonijiet tagħna fil-Knisja jwasslu dejjem aktar din l-esperjenza sabiħa.

Fr. Renè Camilleri: Il-bruda jew l-indifferenza mhix karatteristika li nsibuha biss fil-Knisja u f’dawk li forsi m’għadhomx jattendu. Hemm indifferenza fuq diversi livelli. Il-Knisja ovvja, trid tagħmel il-kontijiet tagħha għax bħal kwalunkwe istituzzjoni trid tagħmel eżerċizzji ta’ marketing jekk jinteressaha li l-prodott tagħha jibqa’ jinbiegħ u n-nies tibqa’ tridu. Aħna bħala Knisja għandna prodott – qed ngħid għall-Vanġelu – li nistgħu nkunu qed inwassluh b’mod li ma jinftehimx u allura lin-nies ma jibqgħux jinteressahom. Ma nistgħux nieħdu n-nies for granted. U ma nistgħux nippretendu li nibqgħu interessanti u attraenti jekk ma nesplorawx modi differenti kif naħdmu. Il-Knisja ma tistax tibqa’ bil-metodi pastorali eżatt kif kienu 50 jew 60 sena ilu. U sfortunatament f’ċerti ambjenti tagħna tara jsiru affarijiet li baqgħu jsiru eżatt kif kienu fil-passat. Kultant, biex ngħidu kollox, ikunu l-istess nies li jżommuna skjavi tal-passat. Iżda l-Knisja teħtieġ il-kuraġġ u l-qawwa biex taġġorna u tirriforma ruħha.

TAGS altarKnisjatalb
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Reġgħet bdiet tgawdi lil binha mill-ġdid wara li għeleb il-vizzju tal-alkoħol

    11 ta' Mejju 2025
  • Spezzjonijiet mill-Pulizija jwasslu għal 84 kontravenzjoni u ħruġ ta’ akkużi kontra 14-il sewwieq 

    11 ta' Mejju 2025
  • “Il-Kamra tal-Avukati bla kundanna għall-kumment ta’ Andrew Borg Cardona” – Jason Micallef

    11 ta' Mejju 2025
  • Il-President Ukren Volodymyr Zelensky lest biex jiltaqa’ ma’ Putin

    11 ta' Mejju 2025
  • Konsultazzjoni dwar l-ewtanasja volontarja assistita  

    11 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept