Din l-espressjoni meħuda mill-Kotba Mqaddsa. U verament tixraq f’dawn il-ġranet li nħatru sitt ġudikanti ġodda. Mhux se noqgħod nitkellem fuq il-kwalitajiet tagħhom, għax dawk jissarrfu meta jkunu qed jaħdmu. Ukoll kaxxa magħluqa. Kull wieħed u waħda minnhom jieħu l-ġurament, u fuq kollox għandu d-dinjità tiegħu. Jaf li għajnejn in- nies se jkunu fuqu. Fl-imgħoddi kien ikun hemm attenzjoni fuq l-anqas tentufa ta’ ħajjithom, u tal-familja tagħhom, u anke tat-tendenzi sesswali tagħhom. Imma ħafna ħwejjeġ inbidlu.
Mhux qed niċċajta. Kont smajt li darba kien hemm Maġistrat li kien tajjeb ħafna, u bieżel u għaqli, imma kien omosesswali. Malli ħarġet il-kelma kellu jirriżenja!
Però li ridt nikteb hawn huwa fuq il-parir li taw Ta’ Venezja. Dawn l-ewwel qalu li fl-Ewropa kollha hemm ħafna sistemi differenti kif jinħatru l-Imħallfin l-Maġistrati, imma għal Malta kellu jkun hemm xi ħaġa speċjali. Ikun hemm kumitat li jagħzel, umbagħad lil min jagħżlu huma jġiegħlu lill-President tar-Repubblika jaċċettah u jinnominah. Jiġifieri jekk illum il-President tar-Repubblika huwa bir-rispett kollu “rubber stamp” tal-Prim Ministru u l-Kabinett, issa se jsir “rubber stamp” ta’ kumitat.
Jekk il-President mhux se jkollu għall-inqas il-poter ta’ veto, jiġifieri li jirrifjuta li jaħtar lil min jgħid il-kumitat, din tkun farsa.
Hawn Malta kellna kwistjoni li l-President għandu jkollha l-jedd li tirrifjuta li tiffirma liġi, umbagħad President ma jkollux dritt jgħid li persuna oħra għandha tintagħżel. Issa għamlu kawża quddiem Imħallef biex jiġi dikjarat li n-nomini kellhom jinżammu għax mhux kif qalu Ta’ Venezja. Ġiet quddiem Imħallef. Dan ma kienx magħżul bħal ma qalu ta’ Venezja. Allura mhux tajjeb ?