“Naħseb min ħareġ b’dan il-billboard qatt ma esperjenza jew jaf x’jiġifieri tgħaddi minn din il-marda kerha.”
Dan kien il-messaġġ ta’ bint li tilfet lil ommha bil-kanċer fejn f’messaġġ fuq Facebook spjegat kif rari titkellem dwar il-politika iżda kif rat dan il-billboard ma setgħetx tibqa’ ħalqha magħluq.
Tenniet li din hi kwistjoni tal-mistħija, li wieħed juża suġġett sensittiv biex jiġbor il-voti fejn staqsiet x’se jagħmlu biex ifejqu lil dawn il-persuni li għandhom din il-marda kiefra.
Hi temmet il-messaġġ tagħha billi wriet solidarjetà ma’ dawk in-nies li għaddejjin minn żmien diffiċli.
Din il-bint hi waħda minn bosta li bħalissa qed jikkummentaw fuq il-midja soċjali b’rabta ma’ dan il-billboard, mtella’ mill-Partit Nazzjonalista, hekk kif ħafna persuni sostnew kif jinsabu mweġġgħin u ddispjaċuti b’billboard bħal dak u kif ma jistgħux jemmnu li suġġett daqshekk sensittiv qed jintuża biex dak li jkun jakkwista aktar voti.