Żagħżugħ ta’ 22 sena ammetta fil-Qorti li hedded lil ommu li joqtolha b’messaġġ li kien bagħatilha fuq il-mowbajl, wara li kien bagħatilha ieħor jistaqsiha jekk għadhiex tħobbu u injoratu.
L-inċident seħħ it-Tnejn meta l-omm, li kienet beżgħana, għamlet rapport lill-Pulizija, li rriżulta fl-arrest ta’ binha.
Fil-Qorti ż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat tiegħu, li stqarr li ż-żagħżugħ isofri mill-ADHD, talab li jsir rapport ta’ qabel is-sentenza.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest liż-żagħżugħ fuq diversi kundizzjonijiet.