Fil-Qorti ntlaqgħet it-talba ta’ Carmelo Camilleri mill-Mosta u li huwa akkużat bil-qtil tal-Baruni Frank Sant Cassia, sabiex l-istqarrijiet li kien ta lill-Pulizija ma jkunux inklużi fil-ġuri bħala prova.
Dan peress li dakhinar ma kienx hemm preżenti l-Avukat tiegħu.
Il-Baruni kien inqatel quddiem daru fl-Imġarr fl-1988, meta allegatament l-akkużat kien mar wara ċint tas-sejjieħ u spara tiri f’ras Sant Cassia.
Il-każ kien imbagħad ġie solvut mill-pulizija fl-2004.
Quddiem l-Imħallef Scerri Herrera intqal kif ġie eżaminat l-istat ta’ saħħa mentali tal-akkużat, fejn ħareġ li dan għandu IQ baxxa u li għandu jitqies bħala vulnerabbli.
Fil-konklużjoni tagħha l-Imħallef rat kif Camilleri huwa fil-fatt vulnerabbli u ddeċidiet li l-istqarrijiet għandhom jitneħħew mill-provi.