Ġiet milqugħa l-aħbar li art agrikola, daqs tmintax-il grawnd tal-futbol, f’Bulebel, ġiet salvata.
Il-President tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg u l-President ta’ Wirt iż-Żejtun, il-Perit Ruben Abela kkummentawdwar dan fil-ħarġa tal-KullHadd tal-Ħadd.
Borg qal mal-KullĦadd li din hija aħbar pożittiva ħafna. Tenna li tissalvagwardja dak ir-raba’ kollu milli jinbena hi deċiżjoni li turi s-sors tal-ikel tal-pajjiż u l-pajsaġġ rurali ta’ pajjiżna qedikunu ta’ prijorità.
Malcolm Borg qal ukoll li “r-raba’ li nieklu minnu, irridunipproteġuh b’kemm għandna saħħa qabel ikun tard wisq.”
Sostna li “jalla jibqa’ jkun hemm aktar deċiżjonijiet għaqlin bħaldawn”.
Min-naħa tiegħu, il-Perit Ruben Abela, f’isem Wirt iż-Żejtun qalli l-għaqda kienet strumentali biex ħolqot kuxjenza dwar l-importanza ta’ din l-art kemm għall-valur agrikolu u anki għall-valur soċjokulturali. Intqal li dan wassal biex il-pjannijiet li kellha l-INDIS, li testendi l-iżvilupp industrijali ġew imwaqqfa.
Spjega li l-għaqda wkoll ippreżentat proposti sabiex numru ta’ siti ta’ valur kulturali, fosthom binjiet li nbnew mill-Gran MastruPerellos, sit li fuqu kien hemm knisja medjevali, u diversi sitiarkeoloġiċi, li jinsabu f’din iż-żona jiġu formalment skedati.
L-għaqda rringrazzjat lil kull min ħadem sabiex sar dan il-pass importanti.
Din l-art ġie salvata permezz ta’ ftehim bejn INDIS u l-Awtoritàtal-Artijiet, b’din tal-aħħar se tamministra din l-art. Preżenti għaldan il-ftehim kien hemm il-Ministri Stefan Zrinzo Azzopardi u Silvio Schembri.
Il-gazzetta KullĦadd irrapportat kif kienet deċiżjoni ta’ GvernNazzjonalista fl-2009, li permezz ta’ Avviż Legali, qabad u estenda l-qasam industrijali ta’ Bulebel.
Dan il-ftehim seħħ wara li Gvern Laburista sema’ l-karba ta’ bosta bdiewa li jaħdmu r-raba’ tal-inħawi.