Il-Qorti wieġbet għall-oġġezzjonijiet dwar proċeduri ġudizzjarji mressqa minn wieħed miż-żewġ imputati marbuta mal-omiċidju ta’ Simon Grech li seħħ fl-elfejn u ħamsa.
L-allegat qattiela, Ismael Habesh mil-Libja u Faical Mahouachi mit-Tuneżija sabu lill-vittma jitlajja’ għal skop ta’ prostituzzjoni. L-akkużati allegatament ġarrew lill-vittma f’għalqa, fejn dan qala’ sbatax -il daqqa ta’ sikkina.
Dan wara argument.
Habesh ressaq diversi eċċezzjonijiet quddiem il-Qorti, fosthom kif l-istqarrijiet tax-xhieda min-naħa tal-prosekuzzjoni ingħataw waqt li l-akkużat ma kellu ebda dritt għall-avukat.
Il-Qorti laqgħet uħud mit-talbiet imressqa, fosthom li jiġu sfilzati għadd ta’ dokumenti mhux iffirmati u l-isfilz tal-istqarrijiet tal-akkużat mill-elfejn u ħamsa sal-elfejn u disgħa.
Il-Qorti ma laqgħatx talbiet oħra mill-akkużat u din il-kawża għad trid tinstema quddiem il-ġurati.
Għad-difiża dehru l-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila.