Milos Anic rebaħ it-titlu ta’ Champion Ewropew WKA hekk kif fil-ġlieda K1 huwa għeleb lil Riccardo Cristiani. Dan sar waqt l-avveniment ta’ Combat Sports ‘Battle of Honour’ organizzat minn The Arena Combat Sports Promotions fl-Arena tal-Basketball Ta’ Qali.
Kienet ġlieda sabiħa bejn dawn iż-żewġ atleti fejn Anic wera teknika mill-aqwa. Ġlieda li offriet spettaklu lil dawk kollha preżenti.
Anic huwa serb, pero ilu għal bosta snin jgħix u jitħarreġ hawn Malta.
Milos Anic kien qed jirrapreżenta lil Team Jalen u WKA Malta. Huwa kien taħt il-gwida tal-kowċ ta’ esperjenza Mark Manicolo.
L-avveniment ‘Battle of Honour’ kellu attendenza sabiha b’total ta’ 18-il ġlieda. Għaxra minnhom kienu sfida bejn Malta u l-Italja filwaqt li t-tmien ġlidiet l-oħra kienu kompetizzjonijiet bejn klabbs lokali.
Friski minn dan is-suċċess, The Arena Combat Sports Promotions qed iħejju għall-avvenimenti li jmiss matul is-sena 2023.