Il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Emmy Bezzina u Eileen Montesin huma uħud mill-uċuħ magħrufin li ħadu sehem f’filmat li l-Best Man ta’ Robert u Charlotte għamel għal din l-okkażjoni speċjali.
Is-soltu, il-Best Man jikteb xi eloġju twil u jaqrah waqt il-festin ta’ wara l-quddiesa, iżda kif jixhed tajjeb dan il-filmat nistgħu ngħidu li dan il-Best Man jikklasifika bħala l-aqwa wieħed f’Malta.
L-għarus għamel żmien twil joqgħod l-Ingilterra imma l-best man dejjem baqa jgħidlu li minkejja dan, huwa baqa Malti pur. L-ewwel ħsieb kien li jinkludi biss lil DJ Banana, li Robert huwa fan kbir tiegħu, iżda naħseb li din l-idea evolviet mhux ħażin…
Jispikka l-fatt li l-politiċi tagħna u Maltin magħrufin oħra, aċċettaw biex jkunu parti minn dan il-filmat li huwa totalment differenti minn dak li narawhom jagħmlu isoltu.
Wisq probabli wara li tara dan il-filmat, se tkun qed taħseb ħafna dwar l-għażla tal-Best Man tiegħek u tara kif ħa tagħmel biex jagħmilek filmat bħal dan.
Filmat : Thomas Camilleri