Illejla fil-Parlament għaddew mill-istadju tat-tieni qari, l-emendi fil-kodiċi kriminali.
Fost l-oħrajn, bl-emendi fil-kodiċi kriminali se jiġi introdott il-kunċett tal-femiċidju.
Il-femiċidju issa se jkun ikkunsidrat bħala offiża separata, fejn se jwassal biex f’każ ta’ femiċidju l-pieni se jkunu eħrex.
Il-liġi għaddiet b’mod unanimu wara li tressqet mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.
Issa jmiss li l-liġi tgħaddi minn stadju ta’ Kumitat qabel tgħaddi mill-aħħar u t-tielet qari.
B’hekk imbagħad l-emendi jidħlu fis-seħħ.