L-oppożizzjoni Nazzjonalista trid tifhem li dan huwa abbozz li se jħares kif vittma tad-droga jista jiġi mgħejjun iżda bla ebda mod mhu jipproteġi lit-Traffikant tad-droga. Il-Gvern jemmen f’pieni iebsa kontra t-traffikanti tad-droga u kien u għadu reat punibbli b’sentenza għomor il-ħabs, dan bil-għan li tibqa sservi ta’ detterrent qawwi kontra t-traffikar tad-droga. Id-deputat Laburista, l-avukat Amanda Spiteri Grech tkellmet fil-parlament dwar l-abbozz li jittratta bidliet fl-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) li jittratta diversi tibdiliet tant meħtieġa biex jiġu mgħejjuna l-vittmi tad-droga.
Hija saħqet li kulħadd sema b’xi ħadd li minkejja li jkun ħareġ mill-ħabs u qabad it-triq it-tajba għad għandu sentenza imdendla fuq rasu la jaffaċja l-Qorti. Minħabba li għal xi raġuni jew oħra il-persuna instabet fil-pussess ta’ droga għal użu personali fil-faċilita ta Korrettiva jew post ieħor detenzjoni. Kif inhi l-liġi bħalissa tista teħel sa sena ħabs effettiv.
B’din ir-riforma qed jiġi propost li dik il-persuna li tkun diġa skontat is-sentenza tagħha u ħarġet mill-faċilita korrettiva jew ma tkunx għadha detenuta fil-post ta’ detenzjoni b’tali mod li ma terġax tibgħatha l-ħabs u ttellef it-triq it-tajba li qabdet fuq pussess sempliċi ta’ droga li twettaq meta kienet f’perjodu ta’ dipendenza ppruvata fuq id-droga. Din hija waħda mir-riformi proposti fost oħrajn.
Għalhekk huwa importanti li nagħmlu distinzjoni bejn reat imwettaq minn persuna għal skop finanzjarju li għandu jiġi ikkunsidrat bħala traffikant tad-droga u reat li sar minn persuna dipendenti fuq id-droga biex isostni jew tiffinanzja l-vizzju u b’hekk titqies bħala vittma tad-droga