Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ikkundanna lil dawk li jmexxu d-droga u li qed jieħdu vantaġġ minn persuni vulnerabbli li jinsabu fi skjavitu minħabba din il-problema. Minn naħa l-oħra emfasiżża l-importanza illi nagħtu ċ-ċansijiet kollha possibli lil persuni li verament jixtiequ jirriformaw ruħhom u joħorġu mid-dipendneza.Il-Ministru Michael Falzon stqarr dan waqt id-diskussjoni fil-Parlament, dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda Liġijiet varji dwar id-Droga, li tinsab fit-tieni qari.
Huwa kompla jitkellem dwar l-effiċjenza tas-servizzi ta’ rijabilitazzjoni offruti f’pajjiżna li jingħataw bla ħlas u mifruxsa fuq tul ta’ żmien, skond il-progress tal-individwu. Saħaq illi din l-għajnuna tista’ twassal għal differenza tanġibbli fil-ħajja ta’ dik il-persuni li għaddejja minn dipendenza u għalhekk appella biex kulħadd jersaq ‘l quddiem għal għajnuna.