Nisa anzjani li għexu l-ħruxijiet tal-Olokawst ħadu sehem f’konkors tas-sbħuija maħsub għal min salva minn taħt idejn in-Nazzisti.
Fuq it-tapit l-aħmar xejru, tefgħu l-bews u ħadu r-ritratti.
Xi ħaġa li żgur m’għamlux f’żgħożithom meta għexu fil-biża’.
L-erbatax-il mara li ħadu sehem fil-konkors li sar f’Haifa tkellmu wkoll dwar l-esperjenzi koroh li għaddew minnhom fi żmien il-gwerra.
Dan huwa konkors li mhux nieqes mill-kritika. Għax hemm min jgħid li dan mhux il-mod kif tonora lil min għadda minn dan l-avveniment. Iżda, l-parteċipanti u l-organizzaturi qalu mod ieħor. Fissru li dan huwa rikonoxximent u mhux sbuħija.