Bħalissa qed issir Festa Frawli fl-Imġarr.
Festa li daħlet sew fil-kalendarju t’attivitajiet li jiġu organizzati speċjalment fir-Rebbiegħa f’Malta. Kienu bosta dawk li rħewlha lejn il-post tar-raħħala fejn setgħu jaraw kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-frawli.
Intant illum wara nofsinhar żar l-attività l-Prim Ministru Joseph Muscat li ddeskriva Festa Frawli bħala festa immirata għall-familja kollha.
Il-Prim Ministru tkellem mal-bejjiegħa, bdiewa u l-organizzaturi ta’ dan il-festival. Huwa kellu ċ-ċans ukoll jiltaqa’ ma’ dawk li għażlu li jqattgħu l-ġurnata tal-Ħadd, l-Imġarr u japprezzaw il-prodott Malti.