Statwetti tal-mara l-ħoxna li nassoċċjaw mal-Preistorja, il-Kavallieri li tawna identita Barokka rikka, l-immigranti li qed jaħarbu l-kunflitt. Dawn kollha għandhom rabta mal-baħar Mediterran li jdawwar il-gżejjer Maltin, baħar li huwa protagonist fl-esibizzjoni Malta: Land of Sea, li tinsab fiċ-ċentru Bozar fi Brussel. Wirja li qed tittimbra lill-poplu Malti u lil Gżiritna bħala territorju tal-art u tal-baħar.
Is-Sittin biċċa arti nfteħu għall-pubbliku nhar il-Ħamis mill-Ministru Owen Bonnici u l-kuratur ta’ Muża, Sandro Debono. Dawn ġejjin minn iktar minn għoxrin mużew differenti, istituzzjonijiet kulturali, u NGOs Maltin differenti.
Għalkemm mal-ewwel ħarsa din tidher wirja ta’ arti klassika, qed tħaddan ukoll biċċa partikolari li turi l-isfidi li l-immigranti jaffaċċjaw fil-baħar Mediterran. Dan filwaqt li stil kemm klassiku u kemm kontemporanju se jsaħħru lil kull min iżur din l-esibizzjoni.
Il-Wirja li se tibqa’ fiċ-ċentru sat-tmienja u għoxrin ta’ Mejju li ġej hija l-opportuntia perfetta biex ċittadini Ewropej jifhmu u jgħarrfu t-twemmin u l-leħen tal-Gżejjer Maltin. Gżejjer li għalkemm jinsabu fi sfond Mediterranju humwa l-aqwa eżempju għall-valuri Ewropej, qal il-Ministru Owen Bonnici.
Il-Kuratur ta’ Muża, Sandro Debono li jinsab Brussell jikkordina l-wirja u d-diskussjonijiet madwar, spjega l-importanza li l-wirt storiku marbut mal-baħar ikun imfakkar fl-arti.
Spjega ukoll kif din il-wirja kienet milqugħa miċ-ċittadini sa issa.