Fi żmien ir-Randan, li jħejji lill-kattoliċi għall-passjoni u wara l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, bosta parroċċi jorganizzaw l-eżerċizzi.
Mil-lum, Fr. Colin Apap se jibda kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd, imma b’differenza.
Stqarr, “Bħal mal-ġisem għandu bżonn tal-eżerċizzju biex inkun b’saħħtu, hekk ukoll il-formazzjoni spiritwali għandha bżonn ċertu formazzjoni wkoll”
Fr. Colin qal kif ikunu bosta li fi żminijiet diffiċli jistaqsu fejn hu jew fejn kien Alla, bħal f’sitwazzjoniet ta’ mard jew mewt.
Qal, “Biex inwieġbu dawn it-tip ta’ domandi, għaliex hawn l-inġustizzji, fejn qiegħed Alla f’din it-tbatija kollha. Nispera li Eżerċizzi b’differenza jagħmlu differenza fil-ħajja tagħna.”
L-eżerċizzi jibdew it-Tnejn għoxrin ta’ Marzu sal-Ġimgħa 24 ta’ Marzu mis-sitta u nofs sat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru tal-Caritas il-Ħamrun. U Mit-Tnejn 27 ta’ Marzu tal-Ġimgħa 31 ta’ Marzu mis-sitta ta’ filgħaxija ’l quddiem fil-Knisja tax-Xgħajra.