Espert kliniku min-National Health Service tar-Renju Unit beda jara pazjenti u beda diskussjonijiet ma’ konsulenti mediċi lokali.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Facebook.
Il-Ministru Fearne qal li dan l-espert tqabbad mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jagħti pariri dwar il-mediċini tal-ADHD.
Qal li imbgħad id-Dipartiment se jkun jista’ jipproċedi skont il-parir espert li jingħata.