Lil’hinn mit-tkabbir ekonomiku bla preċedent reġistrat fl-ewwel snin ta’ din il-leġiżlatura, is-suċċess ta’ dan il-Gvern kien mifrux fuq diversi oqsma li qed jagħmlu differenza kbira f’ħajjet in-nies.
Xhieda ta’ dan huwa l-programm tat-tagħlim alternattiv, li pprovda triq alternattiva għal għexieren ta’ żgħażagħ li kienu aljenati bis-sistema edukattiva.
L-aħħar minn sensiela t’inizjattivi taħt dan il-programm kienet dik tal-Harbour Club Restaurant, fejn grupp ta’ żgħażagħ qattgħu tmien ġimgħat jaħdmu f’dan l-istabbiliment waqt li jiżviluppaw ħiliet importanti fid-dinja tax-xogħol.