Ħabta f’arblu ta’ vann fi Triq Aldo Moro f’Raħal Ġdid waslet għal ħoss kbir ta’ splużjoni għax konsegwenza ta’ hekk sploda t-tyre tal-istess vann. Fil-fatt l-ewwel suspetti kienu li l-ħoss seta’ kien riżultat ta’ xi bomba.
Fuq il-post fil-Marsa marru l-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Għalkemm it-tagħrif għadu mhux ċar fl-aħħar minuti kkonfermajna ma’ persuni qrib sew l-investigazzjoni li taħt is-seat tal-passiġġier seta’ kien hemm bomba, tant li hemm sinjal ta’ dan b’toqba taħt is-seat. L-isptar ittieħdu tliet persuni. Ix-xufier ta’ 35 sena minn Ħal Qormi, u l-passiġġier ta’ 45 sena. Kawża tal-isplużjoni kien hemm impatt ma’ karozza oħra li x-xufier tagħha, ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żabbar spiċċa wkoll l-isptar.
It-triq ta’ Aldo Moro direzzjoni lejn Raħal Ġdid, ingħalqet għat-traffiku.