Iktar minn erba’ u erbgħin persuna mietu u mijiet oħra ndarbu wara li nirien ħakem diversi kontejners li kienu ġo maħżen f’Bangladesh.
Il-pumpiera ilhom jissieltu biex jikkontrollaw il-fjammi wara li n-nirien qanqal diversi splużjonijiet anka f’kontejner mimli kimiċi.
L-isplużjoni heżżet diversi żoni fil-qrib u tkissru t-twieqi tad-djar li kienu aktar minn żewġ mili l-bogħod.
Bangladesh għandu storja ta’ diżastri industrijali fosthom dik tal-2013 fejn aktar minn 1,100 ruħ mietu wara li waqgħet fabbrika tal-ħwejjeġ bl-isem ta’ Rana Plaza.