F’North Carolina, mill-inqas tletin persuna mietu u għexiren oħra huma nieqsa wara li l-urugan Helene laqat dan l-istat u ħalla ħerba sħiħa warajh.
Kienet evidenti l-ħsara kbira li halla warajh dan l-urugan, l-aktar fi Florida u Georgia.
Ufficjal tal-emegenza kien kwotat jgħid li dan kien l-aktar diżastru naturali qalil li qatt ra.
Mill-inqas 105 persuni mietu kawża ta’ dan l-urugan minn nhar il-Ħamis li għadda. In-numru tal-vittmi huwa mistenni li jkompli jiżdied.
Kawża ta’dan l-urugan f’xi stati l-provvista tal-elettriku inqatet, kif ukoll kien hemm interuzzjoni fis-servizzi tal-mowbajl, waqt li waqgħu xi siġar, li kawża t’hekk kellhom jingħalqu xi toroq.
Xi residenti saru jafu li kawza tal-maltemp qawwi, darhom iġġarfet għal kollox, waqt li għadha qed issir tfittxija ghal madwar elf persuna oħra li jinsabu nieqsa.