Mill-inqas 26 persuna tilfu ħajjithom wara li serje ta’ trombi ħakmu lil diversi bliet fin-Nofsinhar u l-Punent Nofsani tal-Istati Uniti.
Rapporti qed jgħidu li ġew irreġistrati iktar minn sittin tromba.
Apparti li ħallew ħerba warajhom, l-istati ta’ Arkansas u Missouri ddikjaraw stat ta’ emerġenza.
Eluf kbar ta’ nies bħalissa jinsabu mingħajr provvista tad-dawl.
B’konsegwenza ta’ dawn it-trombi, ikkollassa saqaf ta’ teatru waqt kunċert tal-heavy metal fl-istat Amerikan ta’ Illinois li wassal għal mewt ta’ persuna waħda u madwar tmienja u għoxrin persuna feruta.
Il-President Jose Biden wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi.
Waħda mit-trombi f’Mississippi damet madwar siegħa u għaxar minuti u uffiċjali qalu li għamlet ħsara lil madwar elfejn dar.