Minn tal-inqas 25 priġunier inqatlu wara ġlied bejn żewġ fazzjonijiet rivali f’ħabs fit-Tramuntuna tal-Brazil. Sebgħa mill-persuni mejta ħanxrulhom rashom filwaqt li sitta oħra sfaw maħruqa.
L-inċident li seħħ f’Boa Vista, l-kapitali fl-istat ta’ Roraima, ġara waqt ħin il-visitaturi. Filfatt mal-mitt visitatur fil-ħabs li kienu ttieħdu bħala ostaġġi kienu meħlusa u l-irvell intemm.
Intqal li waqt ħin l-irvell, il-priġunieri kellhom fuqhom skieken u biċċiet tal-injam. Rapporti qalu li fil-ħabs fejn seħħ il-każ hemm 1,400 mitt priġunier. Dan minkejja li l-ħabs jiflaħ mas-740 priġunier. Intant, il-Brazil għandha r-raba’ l-akbar popolazzjoni tal-ħabs tad-dinja, b’xi 600,000 priġunier.