Mill-inqas tnejn u għoxrin persuna mietu filwaqt il sittin persuna oħra weġġgħu wara splużjoni f’lukanda f’Havana f’Kuba.
Huwa mifhum li l-isplużjoni seħħet wara li tanker tal-gass li kien ipparkjat barra l-lukanda ħa n-nar u sploda.
Il-lukanda Saratoga kienet se tiġi miftuħa bħal kif kienet qabel il-pandemija l-ġimgħa d-dieħla, wara li f’dawn l-aħħar sentejn kienet għaddejja minn ħidma sabiex tiġi ristawrata.
Bħalissa għaddejja l-ħidma sabiex jinstabu n-nies mirdumin, u sa issa nstabu fost l-oħrajn mara tqila u wild tagħha, li nstabu mejta.
Il-President Kuban, Miguel Diaz-Canel żar il-post tal-isplużjoni, fejn stqarr li din ma kinitx forma t’attakk, iżda inċident traġiku.