Nhar il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, festa ta’ Santa Marija, is-sewwieqa tal muturi qed jiġu mħeġġa jingħaqdu fil-pellegrinaġġ annwali bil-muturi fir-rotta mill-Imġarr għal Ħad Dingli.
Il-parroċċi taż-żewġ lokalitajiet rispettivi, it-tnejn iddedikati lil Marija Assunta, ħadu din l-inizjattiva flimkien għas-seba’ sena konsekuttiva. Din l-inizjattiva se tkun ukoll ta’ sostenn għal proġett ambizzjuż tal-għaqda Puttinu Cares.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk interessati huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:15 ta’ filgħodu, waqt li l-pellegrinaġġ jibda nofs siegħa wara.
Appena jaslu ħdejn il-Knisja f’Ħad-Dingli, isir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw rikonoxximent tal-okkażjoni. Fil-11.00 issegwi quddiesa.
Kitba: Aymen Grech Pace