Proposta tad-Dipartiment tas-Sajd u Akwakoltura lill-Kummissjoni Ewropea rigward sett ta’ miżuri għall-użu ta’ għoddod tas-sajd biex jinqabdu l-lampuki, intlaqgħet b’mod unanimu fil-laqgħa ġenerali tal-Kummissjoni Mediterranja għas-Sajd f’Ateni.
Il-miżuri proposti minn Mlalta jgħidu fost l-oħrajn li kull sena l-partijiet involuti għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet u jinfurmawhom lill-segretarjat tal-Kummissjoni Mediterranja liema huma l-bastimenti awtorizzati.
Il-Kummissjoni għandha żżomm din il-lista u tippubblikaha, hekk kif din mistennija tipproteġi lis-sajjieda minn sitwazzjoni fejn l-għoddod tas-sajd kien isirlhom ħsara jew isir sajd f’pajjiżi oħra.
Fl-istess ħin, l-għodod, magħrufa bħala Fishing Aggregating Devices, ikunu mgħottija b’materjal li ma jagħmilx ħsara lill-ħut. Barra minn hekk, għoddod biodegradabbli għandhom jingħataw prijorità.
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri laqa’ din id-deċiżjoni u qal li dan hu pass pożittiv biex dan is-settur ikun aktar sostenibbli.