Mill-Ġimgħa li ġej ħa jkomplu ż-żjarat lill-priġunieri li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan hekk kif dakinhar se jiġu rilaxxati l-maġġoranza ta’ restrizzjonijiet kontra t-tixrid ta’ Coronavirus.
Minkejja dan, fil-faċilità ħa jibqgħu jittieħdu diversi prekawzjonijiet fosthom li ma jkunx hemm kuntant bejn il-priġunieri u l-viżitaturi.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal l-pjan ta’ kontinġenza li mexxiet it-tmexxija tal-ħabs ħalla l-frott għaliex fil-ħabs ma kien irrappurtat l-ebda każ ta’ Coronavirus, iżda huwa importanti li wieħed jimxi b’kawtela.
L-Uffiċjali Korrettivi se jkunu qed jirritornaw għar-rutina normali tax-xogħol wara li matul dawn l-aħħar tliet xhur kienu kienu qed jirrapportaw għal ġimgħa sħiħa ta’ xogħol.
Il-Ministru Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema għall-impenn tagħhom tul dan il-mument ta’ sfida li għadda b’wiċċ il-ġid.