Mill-ġimgħa li ġejja se tkun tista’ tapplika għal kondotta onlajn u ma jkollokx għalfejn tmur l-Uffiċju tar-rekords kriminali.
Persuni li jitolbu għal kondotta se tkun qed tintbgħatilhom bil-posta, f’każijiet li persuna jkollha kondotta mtappna, se tkun qed tingħata għażla jekk tinġabarx mill-persuna personalment jew jirċivijiex bil-posta.
Il-Ministru Carmelo Abela spjega li dan it-tibdil seta’ jsir permezz tal-emedi li saru fil-liġi f’Ġunju li għadda u li se jkunu qed jidħlu fis-seħħ mill-ġimgħa d-dieħla. Il-Ministru fisser l-importanza tat-taħdidiet li kien hemm mal-Kumissarju tal-Protezzjoni tad-data biex għal kondotti nkunu nistgħu napplikaw onlajn.
L-uffiċju tar-rekords kriminali għandu rwol importanti ukoll fil-Presidenza tal-Kunsill f’pajjiżna hekk kif qed isir stħarriġ dwar il-kondotti u l-passat ta’ persuni li se jkunu involuti fil-ħidma tal-Presidenza 2017.
Tista’ ssib l-istruzzjonijiet fuq din il-link: police-conduct-certificate