Għada t-Tnejn l-ewwel ta’ Ġunju, se jitħabbar tnaqqis ta’ aktar miżuri li se jiġu rilaxxati b’effett mill-Ġimgħa ħamsa ta’ Ġunju, li se jaraw bosta stabbilimenti u entitajiet li sa issa kienu magħluqin – bħall-Qorti u gyms – jiftħu.
F’intervista fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar dettalji ta’ żviluppi li se jseħħu fil-ġranet li ġejjin paripassu ma’ kif żviluppat is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Coronavirus f’pajjiżna.
F’dan il-kuntest se jitħabbru protokolli ġodda u sempliċi bbażati fuq l-iżviluppi fl-aħħar jiem.