Għal darb oħra Malta kienet fost il-pajjiżi li rreġistraw l-inqas rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
B’4.8% Malta għandha rata ta’ qgħad li hija n-nofs ta’ dak irreġistrat fiż-Żona Ewro.
Il-Eurostat tikkonferma li huma biss ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Ungerija li għandhom nies jirreġistraw inqas minn Malta.
Malta reġgħet irreġistrat tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, sfida kbira għal diversi pajjiżi Ewropej.