Mill-Erbgħa li ġej, il-Fergħat tal-Maltco madwar pajjiżna se jkunu qegħdin joffru sanitizers b’xejn lil dawk in-nies kollha li jixtiequ wieħed.
Dan ha jkun qed isir bħala parti minn kampanja tal-kumpanija TheBioArte bi sħab mal-Maltco fejn mistennija jitqassmu madwar ħamsin elf sanitizer.
F’konferenza tal-aħbarjiet fl-uffiċini tal-Maltco ġie spjegat kif kull persuna ħa tkun jista’ tieħu sanitizer wieħed mingħajr ħlas billi timla karta bid-dettalji personali tagħha.
Manuele Biazzo, id-Direttur tal-kumpanija TheBioArte stqarr li l-kumpanija ħadmet ma’ Maltco sabiex fi żmien bħal dan li qegħdin fih tkun tista’ tagħti xi ħaġa lura lill-komunità.
“They joined immediately the aim of this initiative to take care. We are taking care in a different way obviously because we are on the diagnostic and research end because we are a diagnostic laboratory but through these activities it is also good to reach directly in a different way to give something that has a value at the moment.”
Uffiċjal fi ħdan Maltco spjega kif waqt pandemija inizjattiva ta’ fejda bħal din hija importanti.
“F’dan il-perjodu fejn il-Covid huwa fuq l-aġenda ta’ kuljum biex ngħidu hekk tal-aħbar tajjeb li nagħmlu xi ħaġa f’dan ir-rigward u għaldaqstant ħarġet din l-idea sabiex inqassmu dawn il-hand sanitizers mill-ħwienet tagħna.”