Mill-elfejn u tlettax ’l hawn il-gvern nieda numru ta’ miżuri u servizzi li minnhom ibbenefikaw l-istudenti u t-tfal tagħna sa minn etajiet bikrija. Fi tweġibiet parlamentari il-Ministru għall-edukazzjoni ta rendikont li l-Gvern investa aktar minn sebgħa u għoxrin miljun għas-servizz tac-childcare b’xejn. Barra minn hekk ingħataw aktar minn miljun u tmien mija u sittin elf ewro lill-istudenti li irrepetew sena fil-kors tagħhom. U ġew investiti aktar minn miljun u erba’ mitt elf ewro għas-servizz tal-breakfast club.