Jgħidu li l-aħdar huwa l-kulur tan-natura u s-saħħa, u żgur li hija din tal-aħħar li qed iħossu r-residenti ta’ Birżebbuġa meta wara ħafna snin qed jaraw turf sintetiku aħdar u sabiħ jitpoġġa fuq il-wiċċ ta’ grawnd li għalihom kien biss ħolma.
Ħolma li mhux talli nbidlet f’realtà, iżda talli minflok sempliċi wiċċ fejn jitħarrġu t-tfal, in-nies ta’ Birżebbuġa se jkollhom kumpless mill-aqwa. Mill-blu tal-pitch tal-waterpolo, għall-aħdar tal-grawnd, tassew ħajjet in-nies ta’ dan ir-raħal qed tieħu iktar kulur.
Ir-ritratti jitkellmu waħedhom.