Minn Jannar li għadda lil hawn waslu f’pajjiżna elf mitejn u tnejn u għoxrin immigrant iżda kien biss il-Portugall li li wiegħed li se jieħu sitt immigranti.
Fi stqarrija l-Gvern qal li huwa talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkordina r-rilokazzjoni tal-immigranti bili saru talbiet f’Jannar, fi Frar u f’April.
Il-Gvern innota li mill-elfejn u ħamsa, tmienja fil-mija biss tal-wasliet ta’ immigranti kienu rrilokati f’pajjiżi membri oħra tal-Unjoni Ewropea minkejja li l-wasliet qabżu l-wieħed u għoxrin.
Malta qed tisħaq dwar il-piż sproporzjonat li qed iġorr hekk kif filwaqt li Malta dejjem irrispettat b’mod sħiħ l-obbligazzjonijiet internazzjonali u Ewropej tagħha, il-prinċipju ta’ solidarjetà Ewropea, li huwa parti integrali mil-liġi Ewropea, mhux qed isir.