Mill-bidu ta’ din is-sena mal-2,341 immigrant daħlu l-Italja skont informazzjoni uffiċjali mogħtija mill-Ministeru għall-Intern tal-Italja.
Dan in-numru jinkludi wkoll l-immigranti li ddaħħlu l-Italja lbieraħ filgħodu u fi tmiem il-ġimgħa daħlu aktar minn mitt persuna wkoll.
Mill-bidu ta’ Frar, fl-Italja ddaħħlu 1,302 immigranti.
Dan huwa żieda ta’ mitt immigrant fuq l-istess xahar sħiħ tas-sena l-oħra.
Il-biċċa l-kbira tal-immigranti li daħlu fl-Italja f’dawn l-aħħar jiem huma Tuneżini.
Hemm ukoll numru konsiderevoli ta’ immigranti li waslu li huma mill-Kosta tal-Ivorju u l-Eritrea.
Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Malti Robert Abela saħaq kif il-Gvern Malti qed ikun realistiku dwar dak li għaddej madwaru.
Qal li jeżistu diversi sfidi dwar l-immigrazzjoni iżda dejjem se jitħares l-ewwel interess tal-Maltin u l-Għawdxin.
B’hekk Malta dejjem qed tħares li tindirizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni mis-sors tat-tluq u jaħdem viċin mal-Libja.