Mill-anqas 51 persuna mietu wara li xita torrenzjali kkawżat għargħar mhux mistenni fix-Xlokk ta’ Spanja.
Il-pajjiż jinsab milqut minn xita qawwija u maltempati tas-silġ li rriżultaw f’għargħar f’diversi reġjuni.
Ħaddiema tas-salvataġġ kif ukoll il-President tar-reġjun ta’ Valencia qal li f’dan l-istadju kien impossibbli jikkwantifikaw in-numru ta’ nies mejta.
Filmati mtella’ fuq il-midja soċjali juru kaos sħiħ kawża tal-għargħar b’pontijiet jiġġarrfu u karozzi mkaxkra fit-toroq filwaqt li dehru anke nies jiddendlu mas-siġar biex jevitaw li jinġarru fl-ilmijiet.
Huwa rrappurtat li fi 8 siegħat fil-belt ta’ Chiva niżlet 491mm ta’ xita li hu normalment l-ammont ta’ sena sħiħa.