It-teknoloġija, il-loġistika, it-trasport u l-infrastruttura. Settur li dwarhom jista’ jsir ftehim bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik tal-Alġerija.
Ftit tal-ħin ilu l-President iltaqgħat ma’ delegazzjoni ta’ negozjanti Alġerini fil-palazz ta’ San Anton.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Alġerija mexxa delegazzjoni ta’ 45 negozjant Alġerin li se jkunu qed jippartecipaw f’business forum għada.
Il-President appellat biex iż-żewġ kmamar tal-kummerc jilħqu ftehim biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Xi ħaġa li l-President tal-Kamra Alġerina approva, tant li qal li għada mistenni jkun iffirmat memorandum of understanding.