Mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar tal-2017, kien hemm 295 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Is-sena li kellha l-aktar rapporti kienet l-2014, b’83 każ, filwaqt li l-inqas sena li kien hemm rapporti kienet is-sena 2016 b’57 każ.
Il-Ministru Carmelo Abela waqt li beda jirrispondi mistoqsija Parlamentari mill-Membru Parlamentari Etienne Grech qal li waqt li hemm diversi każi li għadom għaddejjin u xi ftit li ġew illiberati, kien hem 208 persuna li stabu ħatja.
Abela qal li l-pieni li ngħataw kienu jvarjaw minn priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, multi u kien hemm xi każi fejn il-persuni ġew imwiddba.