Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ persuni mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi tal-ħajja minn kemm ilha tinġabar l-istatistika fl-2005 u hija n-nofs ta’ dik li kienet fl-2013 u ferm aktar baxxa mill-medja Ewropea ta’ kważi 14%.
Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-istatisika juru li fl-2013 kien hemm 39,000 ruħ li kienu kkunsidrati li għandhom deprevazzjoni materjali, jiġifieri ma jaffordjawx erba’ minn disa’ nefqiet fosthom li darba iva u darba le, jieklu laħam jew ħut.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li dawn naqsu għal 14,000.
Ma’ ONE News, is-Segretarju Permanenti Mark Musu qal li t-tnaqqis fil-faqar kien riżultat ta’ bosta miżuri li għenu persuni li kienu f’riskju ta’ faqar jew fil-faqar.
“96% tal-Maltin ikunu kuntenti b’hajjiethom. Xi hadd li jkun qed jghix fil-faqar ma jkunx kuntent f hajtu pero jkollok min ghalkemm statistikalment jinhass fqir- ikun din hija wkoll sinjifikattiva li l-poplu malti qed ihossu tajjeb,” huwa qal.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon semma kif dan il-Gvern għaraf u indirizza l-faqar b’miżuri li qegħdin joffru kwalità ta’ ħajja aħjar.
Semma kif fi żmien Gvern Nazzjonalista aktar minn 230,000 persuna f’Malta ma kinux f’qagħda li jieħdu btala ta’ ġimgħa darba fis-sena bin-numru jonqos b’90,000 elf.
Il-Ministru semma kif minkejja dawn ir-riżultati pożittivi, kien hemm żieda marġinali ta’ 0.7% fil-mija ta’ nies li huma mċaħħda minn affarijiet bażiċi.
“Tnejn mill-fatturi li waslu ghal dik iż-żieda huwa. Il-hlas li wiehed għamel ghall-kera u hemm min isib diffikulta biex ihallas loans u servizzi,” qal Dr. Falzon.
Il-Ministru wera l-impenn tal-gvern li jindirizza din il-problema b’titjib radikali fl-iskema ta’ sussidju għall-kera li tipprovdi benefiċċju ogħla fuq il-kera b’benefiċċju li jlaħħaq il-massimu ta’ €5,000 fis-sena.