Mis-sena 2006 sal-2017, f’Malta u Għawdex twieldu 60,480 tarbija. L-istatistika ta’ kull sena turi kif sena wara oħra ċ-ċifra ta’ trabi li twieldu żdiedet.
Fejn filwaqt li fis-sena 2006 kien hemm 4,260 wild, meta mqabbla mas-sena 2016, ġifieri għaxar snin wara, it-total tela’ għal 7,631. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 3,371 wild ta’ trabi.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Chris Said lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici.
Hawn isfel hawn id-dettalji skont kull sena mill-2006.