Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ħabbar kif fl-ewwel ta’ Marzu tas-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni fuq il-kiri ta’ e-kick scooters.
Fi stqarrija ġie sostnut kif minkejja dan l-użu tal-e-kick scooters privati xorta se jkun permissibbli skont il-liġi li hemm fis-seħħ. Fil-fatt, il-Gvern se jintroduċi inċentivi li jħeġġu lil min jixtieq juża dan il-mezz ta’ trasport biex ikollu l-e-kick scooter tiegħu.
Il-Ministeru spjega li dan qed isir bil-għan li l-użu tal-e-kick scooters isir b’mod iktar responsabbli u b’inqas inkonvenjent għall-komunitajiet u n-nies, li minkejja ż-żieda fl-infurzar u l-multi, baqgħu isofru min inkonvenjent ikkawżat minn e-kick scooters tal-kiri.
B’hekk l-istqarrija temmet tgħid li għal darb’oħra hawn qed tittieħed azzjoni favur l-ordni u s-sigurtà tan-nies.